Ritratti: Il-Banda tal-AFM fi spettaklu fl-Iskozja

Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta,  bl-appoġġ tal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, il-Ministeru għall-Intern u l-Ministeru għat-Turiżmu, ħadet sehem għall-ewwel darba fir-Royal Edinburgh Military Tattoo fl-Iskozja.
Il-kontinġent Malti kien magħmul minn 45 bandist u tmin żeffiena. 
Il-wirja kienet tinkludi korjografija miż-żeffiena Maltin.
Għal 23 jum il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien maż-żeffiena taw wirjiet quddiem folla ta’ mhux inqas minn 9,500 persuna kuljum.
Huwa stmat li sa’ tmiem l-edizzjoni ta’ din is-sena se jkunu marru jarawh 230,000 persuna.
L-organizzaturi qalu li kif tintemm l-edizzjoni ta’ din is-sena se tintwera fuq it-televiżjoni fuq diversi stazzjonijiet madwar id-dinja.
Huwa mistenni li din ix-xandira b’dan l-ispettaklu sabiħ, jarawha madwar biljun persuna.