Ritratti: Il-Bambin tal-lum, f’kannestru taħt tinda

Il-fotografu Grieg Giorgos Moutafis, li ddokumenta diversi kriżijiet umanitarji u kunflitti madwar id-dinja u ħadem ma’ diversi kmamar tal-aħbarijiet barranin, tella’ ritratt tal-qsim il-qalb fl-aħħar jiem.
Ir-ritratt juri mara f’kamp b’tifel ta’ 4 ijiem. Mistoqsija retorika tgħid hekk; ‘It-Tnejn 18 ta’ Diċembru 2017, kieku inti tħalli ’l ibnek ta’ 4 ijiem jorqod f’kannestru tal-plastik taħt tinda?’
Minkejja l-ftehim mat-Turkija, dawk li qegħdin jaħarbu minn pajjiżhom xorta jirnexxillhom jaslu sal-Greċja. Fil-kampijiet li hemm fil-Greċja hemm iktar nies jgħixu milli jifilħu l-istess kampijiet.
Moutafis iddedika l-aħħar disa’ snin jaħdem fuq proġett fit-tul dwar l-immigrazzjoni fejn iffokka fuq il-vjaġġi perikolużi li jużaw ir-refuġjati biex jivvjaġġaw. 
Għal aktar ritratti minn dan il-ġurnalist u fotografu, żur hawnhekk is-sit tiegħu.
Ritratti: Giorgos Moutafis