Ritratti: Il-5 anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof

Fl-okkażjoni tal-ħames anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arcisqof Charles J. Scicluna, saret Quddiesa fil‑Knisja Arcipretali tal‑Mosta.
Tnieda wkoll ‘Kelma ta’ Ħabib’, li huwa t-tieni volum tal-ktieb bid-diskorsi u l-omeliji tal-Arċisqof Scicluna. Il-ktieb jiġbor flimkien 750 paġna ta’ ritratti u diskorsi li saru mill-Arċisqof bejn Novembru 2015 u l-Festa ta’ Kristu Sultan fl-2016. Il-ktieb qed jinbiegħ għall-prezz ta’ €15, u jista’ jinxtara mill-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Il‑ktieb huwa sponsorjat mill‑APS Bank.