Ritratti: Ifakkru s-7 xhur mill-assassinju ta’ Daphne

Kien is-16 ta' Ottubru 2017 meta l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nqatlet ftit passi 'l bogħod mid-dar tagħha fil-Bidnija, limiti tal-Mosta.
Fit-toroq Maltin reġgħu dehru strixxuni bil-kliem, 7 months on, tifkira tas-seba' xhur minn meta kienet inqatlet.
L-attivisti qed isejħu lill-pubbliku biex jingħaqad magħhom f'velja li se ssir fis-7.30pm quddiem il-bini tal-Qorti fil-Belt Valletta, propju fejn il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fejn għal dawn l-aħħar seba' xhur tpoġġew fjuri u xemgħat għal Daphne.