Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħabbar li s’issa ddekontamina 102 vetturi u 24 post.
Fuq Facebook, is-CPD qal li sar taħriġ għal 735 pumpier, pulizija, uffiċjal tas-saħħa, u ħaddiema oħra involuti fil-ġlieda nazzjonali kontra l-coronavirus. Intqal li saret ukoll dekontaminazzjoni ta’ 102 vetturi u ta’ 24 post.
“Aħna qegħdin hawn biex inservu u nipproteġu. Dejjem,” qal is-CPD.
Is-St John Rescue Corps lest jgħin lill-awtoritajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni li ħoloq il-coronavirus. Il-membri tal-korp jistgħu jgħinu fit-tifi tan-nar u fi proċessi ta’ dekontaminazzjoni fost affarijiet oħra.
Newsbook.com.mt kien tkellem mas-St John Rescue Corps u s-St John Ambulance li qed jinvolvu ruħhom b’mod attiv fl-isforz nazzjonali fil-ġlieda kontra l-coronavirus.
Iċ-Chairperson tas-St John Association Malta Dr Michael Frendo esprima l-impenn tal-Assoċjazzjoni biex tgħin fl-isforz nazzjonali.