Ritratti: Id-Dumnikani tal-Birgu jiftħu l-kunvent għall-funerali

Read in English.

Id-Dumnikani tal-Birgu qed jiftħu l-bieb tal-kunvent tagħhom għall-funerali.

Nhar l-Erbgħa l-pirjol u l-patrijiet Dumnikani tal-Birgu fetħu l-bieb tal-kunvent biex isir l-ewwel funeral wara l-għeluq tal-knejjes minħabba l-imxija tal-COVID-19. Dan kollu sar bil-permess tal-awtoritajiet ekkleżżjastici, tal-Pirjol, u tal-komunità. Ġew imharsa wkoll id-direttivi tas-saħħa.

Il-Pirjol P. Aaron Zahra qal lil Newsbook.co.mt lil-funeral sar fis-2pm fil-ġnien tal-Kjostru tal-kunvent. Kien hemm sinjali mal-art biex tinżamm id-distanza min-nies. Dawn kienu lebsin maskra u ttieħdet it-temperatura tagħhom qabel ma daħlu.

Wara li ntemm il-funeral, il-Kjostru ġie maħsul u diżinfettat. Issoltu tkun eċċezzjoni li jsiru funerali fil-Kjostru. L-unika iġsma li jidħlu f’dan il-post issoltu huma tal-patrijiet mejtin biex jiġu esposti qabel il-funeral fl-oratorju li qiegħed fl-istess ġnien.

Il-Pirjol u l-komunità huma lesti li jkomplu joffru dan is-servizz biex tkun tista’ tingħata tislima xierqa lil dawk li jkunu mietu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn