Ritratti: Kif il-Ġimgħa l-Kbira titfakkar madwar id-dinja…

Il-Komunità Kattolika internazzjonali llum qed tfakkar Jum il-Ġimgħa l-Kbira.
Filwaqt li ċerti tradizzjonjiet issibhom fil-maġġoranza tal-pajjiżi, hemm ukoll dawk li huma dawk li jiddistingwu ruħhom minn oħrajn, bħalma hu l-każ fil-Filippini.
Fil-Filippini, diversi kienu dawk li għaddew minn fraġellazzjoni u li anke saħansitra ssalbu ma’ salib. Wieħed minn dawn il-persuni hu Ruben Enaje, ta’ 57 sena, li ilu jgħaddi minn fraġellazzjoni u jissallab għal 31 sena.