Ritratti: Id-dar tal-Golden Girls għall-bejgħ

Ritratt: Muntaġġ

Id-dar li ntużat għas-sensiela Golden Girls ta’ kważi 35 sena ilu dan l-aħħar  tpoġġiet għall-bejgħ għal $3 miljuni. Id-dar f’Miami, għal seba’ staġuni, kienet ta’ Blanche Devereaux u magħha kienu marru joqogħdu nisa oħra wara li kien miet żewġha.

Iżda d-dar, li suppost l-indirizz tagħha kien 6151 Richmond Street, ma kinitx f’Miami. L-indirizz kien wieħed fittizju għall-iskript.  Fil-fatt ix-xeni ta’ fuq ġewwa nġibdu f’Hollywood f’Kalifornja waqt li dawk fuq barra nġibdu kważi kollha f’Los Angeles, 3,000 mil ’ilbogħod.

Il-kmamar ta’ ġewwa tad-dar fejn inġibdu x-xeni ta’ barra qattt ma ntwerew f’65 sena … ħlief dan l-aħħar meta d-dar tpoġġiet għall-bejgħ għall-prezz ta’ $2,999,000.

Id-dar, mibnija fl-1955, hija mtellgħa fuq medda ta’ 2,901 pied kwadru u fiha erba’ kmamar tas-sodda u erbgħa kmamar tal-banju.