Ritratti: Id-dar ta’ €38 miljun li se tixtri l-koppja Beckham

Id-drama Downton Abbey tidher li ħalliet effett fuq David Beckham u martu Victoria.
Dan kif qed jiġi rrappurtat li din il-koppja ħa  tixtri l-iktar dar għolja, kbira 1.2 mil, f’kampanja verġni fir-Renju Unit.
Id-dar, li għalkemm ilha mibnija mill-1865 għadha miżmuma tajjeb u tiswa €38 miljun
Tikkonsisti minn tal-inqas 10 kmamar tas-sodda, ħames reception rooms biex jilqgħu n-nies fihom, għadd ta’ kmamar tal-ikel formali u 13-il dar żgħira.