Ritratti: Id-dar ta’ Angelina u Brad f’Għawdex kważi lesta

Id-dar ta' Angelina Jolie u Brad Pitt f'Għawdex kważi lesta hekk kif il-ħidma fuq is-sett tal-film Amerikan By the Sea fuq il-bajja ta’ Mġarr ix-Xini laħqet il-qofol tagħha.
Il-ġbid tal-film mistenni jibda min-nhar it-Tnejn li ġej u jibqa’ għaddej sat-Tnejn 10 ta’ Novembru 2014.  Matul dan il-perjodu, il-bajja se tkun magħluqa għall-pubbliku.
Ritratti: jjpzammit