Ritratti: Iċċelebrat it-43 anniversarju ta’ Malta Repubblika

Illum Malta qed tiċċelebra Jum ir-Repubblika, mogħtija lil Malta fl-1974.
Permezz tar-Repubblika, sar it-tibdil fil-Kostituzzjoni u r-Reġina tal-Ingilterra ma baqgħetx ir-Reġina ta' Malta kif kienet baqgħet anke wara l-kisba tal-Indipendenza fl-1964.
Dalgħodu saret parata mill-Forzi Armati ta' Malta fi Pjazza San Ġorġ fejn sellmu lill-Kap tal-Istat bid-daqq tal-Innu Malti u s-salut.
Wara, fil-Palazz tal-President, sar id-diskors annwali ta' Jum ir-Repubblika u ċ-ċelebrazzjoni li matulha ngħata Ġieħ ir-Repubblika.