Ritratti: “Iċċedix”: uża l-għajnuna f’Dar Charles Miceli

Ġiet inawgurata Dar Charles Miceli li tinsab fil-qalba tal-komunità Mostija. Servizzi u appoġġ offruti 24 siegħa kuljum se jkunu l-wens għalik li segwejt il-programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga.
Meta jiġik il-mument diffiċli li tħossok waħdek, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa, issa għandek post sħiħ fejn se ssib l-appoġġ u s-servizzi kollha li teħtieġ biex dak li akkwistajt b’tant sagrifiċċju u determinazzjoni ma titilfux.
Jekk tixtieq aktar informazzjoni tista’ tiksibha minn hawn.
Ritratti: Ian Noel Pace