Ritratti: Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum ir-Repubblika f’pandemija

Jum ir-Repubblika
DOI

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum ir-Repubblika fil-Belt Valletta llum kienu kkaratterizzati miċ-ċirkostanzi tal-pandemija tal-coronavirus.

Fid-diskors tiegħu tal-okkażjoni, il-President George Vella rrifletta fuq kif il-pandemija qalbet ħajjiet il-Maltin u l-Għawdxin ta’ taħt fuq.

Filwaqt li sellem il-memorja tal-vittmi tal-virus, il-President qal, “Jekk inħarsu madwarna f’din is-sala maestuża, nintebħu kif tbiddlet ħajjitna minn sena ’l hawn. Ħalqna u mnifsejna mgħottijin. Inżommu ’l bogħod minn xulxin. Immissu affarijiet mill-anqas biex nevitaw li niltaqgħu ma’ virus li ma narawhx b’għajnejna, imma li qalbilna ħajjitna ta’ taħt fuq, kemm fis-saħħa tagħna, kemm fil-ħajja soċjali tagħna, kif ukoll fl-ekonomija tagħna. Ħajjitna nbidlet mil-lejl għan-nhar. L-unika konsolazzjoni, jekk wieħed jista’ jistabar b’dan, hija li dan it-taqlib qiegħed iseħħ kważi madwar id-dinja kollha.”

Bħal kull sena, il-President George Vella poġġa xi fjuri fuq il-monument ta’ Malta Repubblika fil-Marsa.

It-tqegħid tal-fjuri mal-monument tar-Repubblika fil-Marsa / DOI: Omar Camilleri

L-istess għamlet it-tmexxija tal-Partit Laburista lbieraħ.

L-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fakkret is-sinifikat ta’ din il-ġrajja storika, primarjament l-għaqda.

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef semma kif din il-ġrajja fiha sinifikat importanti mhux biss bħala partit, iżda bħala pajjiż li flimkien ma’ kisbiet oħra, għenu biex dan il-poplu sar poplu wieħed.

Repubblika Partit Laburista

Dawk li ngħataw Ġieħ ir-Repubblika
Il-Kardinal Mario Grech jingħata Ġieħ ir-Repubblika