Ritratti: Ibrahimovic lura f’Milan

FB: Bleacher Report Football

Mal-wasla tiegħu lura mar-Rossoneri, l-Isvediż qal li jrid li San Siro jerġa’ jibda jaqbeż bil-ferħ.

Zlatan Ibrahimovic deher ferħan ferm li reġa mar “f’daru”. Hu wasal aktar kmieni llum biex jagħmel it-testijiet mediċi qabel ma jkun jista’ jibda t-taħriġ mall-bqija tat-tim.

Ibrahimovic mistenni jiffirma kuntratt ta’ 6 xhur bil-possibiltà li jġeddu għal sena oħra. Hu wasal ġewwa l-Ajruport ta’ Linate f’Milan aktar kmieni llum.

L-attakkant ta’ 38 sena kien bla klabb wara li ddeċieda li jieqaf jilgħab ma’ LA Galaxy fil-league Amerikan.