Ritratti: Jagħlqu ħwienet għax b’liċenzja skaduta

CMRU

Il-Pulizija għalqet diversi ħwienet li kienu qed joperaw bil-liċenzja skaduta fil-Ħamrun. Dawn ikunu jistgħu jerġgħu jiftħu ladarba jirregow ruħhom mal-awtoritajiet kompetenti.

Fi stqarrija, il-Korp tal-Pulizija qal li waqt dawn l-ispezzjonijiet inħarġu numru ta’ taħrikiet ta’ kontravenzjoni fosthom tipjip ġol-istabbilimenti.

L-ispezzjonijiet saru matul il-lejl li għadda f’diversi toroq fil-Ħamrun, fosthom fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Triq Dun Nerik Cordina Perez, Triq Ħal Qormi u Pjazza San Pawl. Saru wkoll spezzjonijiet għall-għarrieda f’diversi ħinijiet tal-ġurnata fi Ġnien Oreste Chircop.

Skont il-Pulizija, ġew innutati rregolaritajiet oħra u se jinħarġu akkużi fil-konfront ta’ kull min wettaq l-illegalità. Il-Pulizija appellat għall-koperazzjoni, kemm tas-sidien tal-istabbilimenti kif ukoll ta’ dawk li jiffrekwentawhom.