Ritratti: Ħruġ ta’ gass f’pompa tal-petrol fiż-Żejtun

700 kilo gass tat-tip LPG infirxu fit-triq wara li għal xi raġuni ħareġ minn pompa tal-petrol fiż-Żejtun.
Erba’ uffiċjali membri tal-Protezzjoni Ċivili, u tmien uffiċjali tat-tifi tan-nar mill-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar ta’ Kordin, ta’ Ħal Far u ta’ Marine-Hazmat, marru fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni u b’hekk kien evitat li l-inċident jeskala u li jkun hemm xi vittmi.
Uffiċjali tal-Pulizija ukoll marru fuq il-post biex jagħtu l-għajnuna tagħhom.

Ritratti: Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili