Ritratti: Ħmieġ tal-fish farms f’aktar bajjiet f’Malta

Facebook

Bosta għawwiema lbieraħ tefgħu ritratti fil-midja soċjali biex jilmentaw dwar l-istat ta’ ċertu bajjiet f’Malta li ma kinux aċċessibbli minħabba ħmieġ li x’aktarx ġej mill-farms tal-ħut.

Dan l-aħħar żdiedu ferm l-ilmenti dwar dan il-ħmieġ tal-farms tal-ħut b’mod partikulari f’dawk iż-żoni qrib dawn il-farms. Fir-ritratti jidhru l-bajjiet ta’ Ta’ Fra Ben fil-Qawra kif ukoll ta’ Wied Għammieq fil-Kalkara.

Aktar kmieni kien tħabbar li kienu tpoġġew booms mal-gaġġeġ tal-farms biex jikkontrollaw dan il-ħmieġ tal-farms tal-ħut.