Ritratti: Ħidma tal-Pulizija f’Ħal Qormi; rapporti ta’ arresti

Luke Zerafa

Bħalissa hemm għaddejja ħidma mill-Pulizija f’Ħal Qormi.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt il-ħidma għaddejja fi Triq Armal. Jidher li tliet persuni ġew arrestati. Fuq il-post hemm il-Pulizija tal-foresnika kif ukoll il-Bomb Disposal Unit li qed jagħmlu t-tfittxijiet bil-klieb.

Il-kelliem għall-Pulizija qal li ma kellux dettalji dwar il-każ meta ġie kkuntattjat mill-Kamra tal-Aħbarijiet.

Aktar dettalji dalwaqt.