Ritratti: Ħajt ta’ ringrazzjament lill-ħaddiema tas-saħħa f’Ħaż-Żabbar

Miguela Xuereb

F’Ħaż-Żabbar, l-artist Justin Bonnici pinġa ħajt b’dedika lill-ħaddiema tas-saħħa li qegħdin minn ta’ quddiem fil-battalja kontra l-coronavirus.

Din it-tpinġija bl-isem “Pandemic Heroes” saret fi Ġnien il-Kunsill u damet sebat ijiem biex titlesta. Turi infermiera tgħaffeġ il-Covid-19 b’idha.

Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Jorge Grech irringrazzja lill-artist Żabbari ta’ xogħlu u qal li din se sservi ta’ attrazzjoni turistika fir-raħal.

Pandemic Heroes !! Mural ieħor mill-Artist Żabbari Justin Bonnici fi Ġnien il-Kunsill.Timbru ta' rikonoxximent…

Posted by Jorge Grech on Wednesday, May 20, 2020

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn