Ritratti: “Ħafna affarijiet inbidlu iżda l-imħabba baqgħet hemm” – Anthony lil Josette

Kien bħal-lum l-20 ta’ Mejju tal-1989 li l-Onorevoli Anthony Agius Decelis iżżeweġ lil Josette nèe Vella.

F’okkażjoni tal-31 sena anniversarju taż-żwieġ, illum huwa qasam fuq il-midja soċjali r-ritratt ta’ dan il-jum speċjali u fil-kitba tiegħu irrefera kif dan ir-ritratt iġib memorji u nostalġija.

“Ħafna affarijiet inbidlu minn dak iż-żmien; fosthom il-moda iżda l-imħabba baqgħet hemm, tikber u tissaħħaħ,” kitbe hu waqt li rringrazzja lil martu tas-sapport, paċenzja, dedikazzjoni u imħabba li hija tagħti lilu, lit-tfal tagħhom, l-irġiel tagħhom, kif ukoll lin-neputija tagħhom.

Awguri lil din il-koppja fl-anniversarju tagħhom.