Ritratti: Ħadd ma jweġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt ħadd ma weġġa' f'inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta.
Minn ritratti li rċieva dan is-sit jidher li l-inċident seħħ kmieni dalgħodu meta għal xi raġuni żewġ karozzi ħabtu ma' xulxin.
Kif jidher mir-ritratti waħda mill-karozzi ġarbet ħsarat estensivi.
Għalkemm fuq it-triq bħalissa qed isir xogħol ta' strutturar, din baqgħet miftuħa għat-traffiku u ma jidhirx li kien hemm traffiku.
Fuq il-post marru l-gwardjani lokali.

Ritratti: Timmy Puschkin