Qed jinħoloq traffiku qawwi fin-Naxxar wara ħabta bejn żewġ vetturi.
Skont sorsi li tkellemu ma’ Newsbook.com.mt, jidher li żewġ vetturi ħabtu fi Vjal il-Labour, ftit ‘l isfel mill-Knisja tan-Naxxar. L-inċident seħħ fil-karreġjata, direzzjoni lejn San Ġwann.
Ħadd ma jidher li weġġa’ f’dan l-inċident.