Ritratti: Ħabta f’Birkirkara; Jinġema’ t-traffiku

Tliet karozzi ħabtu fi Triq Dun Karm f’Birkirkara u b’konsegwenza ta’ dan inġema’ ħafna traffiku.

Persuna li kienet fuq il-post qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fuq in-naħa li tieħdok lejn l-Imsida. Kien hemm tifel f’waħda mill-karozzi, però jidher li ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident. Il-persuna spjegat li kien hemm numru ta’ pulizija fuq il-post. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.45 pm.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li ma kellhomx dettalji dwar l-inċident sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.

Ritratti: info@newsbook.com.mt