Ritratti: Ħabta f’Għawdex; Żewġ anzjani l-isptar

Gozo

Żewġ anzjani weġġgħu f’inċident tat-traffiku f’Għawdex aktar kmieni dalgħodu.
Żewġ vetturi ħabtu fi Triq il-Kapuċċini fir-Rabat Għawdex, bil-kelliema tal-Pulizija tikkonferma li l-inċident seħħ fl-10.30 ta’ dalgħodu.
Jidher li pick-up misjuq minn raġel ta’ 65 sena minn Kerċem ħabat f’karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 70 sena u li flimkien miegħu kellu mara ta’ 69 sena.
Kemm ir-raġel u anki l-mara fil-karozza ttieħdu t-tnejn l-isptar bil-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Il-vittmi huma t-tnejn mir-Rabat, Għawdex.
Sorsi minn fuq il-post qalu ma' Newsbook.com.mt li żewġ ambulanzi kienu fuq il-post u ħadu lill-vittmi l-isptar.
Ritratti: Andrea Galea

Ritratti fuq info@newsbook.com.mt