Ritratti: Ħabta bejn żewġ trakkijiet u karozza

Ħabta bejn żewġ trakkijiet u karozza kkawżat konġestjoni kbira tat-traffiku fi Triq Reġjonali.
L-inċident seħħ ftit wara s-1.30pm eżattament malli wieħed joħroġ mill-mini tal-università fid-direzzjoni ta' Santa Venera.
Gwardjani lokali kif ukoll pulizija tat-traffiku marru fuq il-post.
Fortunatament ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Is-sitwazzjoni reġgħet lura għan-normal madwar siegħa wara. 

Ritratti: Maltese Roads Traffic Updates