Aġġornata bir-ritratti: Ħabta bejn xarabank u karozza f’Għawdex

Sewwieq ta' karozza weġġa' f'inċident tat-traffiku f'Għawdex.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-ħabta, bejn karozza u xarabank, seħħet għall-ħabta tal-10pm fi Triq l-Imġarr. 
Is-sewwieq tal-karozza, raġel ta' 26 sena mir-Rabat Għawdex, kien fid-direzzjoni tar-Rabat meta ħabat ma' xarabank, misjuqa minn raġel ta' 33 sena mill-Għasri, li kienet fi triqtha għax-Xewkija.
Is-sewwieq tal-karozza ttieħed l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex b'ambulanza, fejn ġie ċċertitifkat li sofra ġrieħi ħfief.
Ix-xufier tal-linja sofra minn xokk.
Iż-żewġ vetturi ġarrbu ħsarat estensivi. 
Dan kien it-tieni inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imġarr fil-jum tal-Ħadd.