Ritratti: Ħabta bejn mutur u karozza fis-Swieqi, tingħalaq triq

Ħabta bejn mutur u karozza fis-Swieqi kkawżat konġestjoni tat-traffiku, minħabba li t-triq ingħalqet mill-Pulizija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.45pm fi Triq il-Qasam, li tagħti għall-wied ta’ San Ġwann.
Persuni li kienu fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li l-mutur kien qed jinstaq minn żagħżugħ filwaqt li tfajla kienet qed issuq il-karozza.
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Ritratti: Leon Xuereb