Ritratti: Ħabta bejn mutur u karozza f’Għawdex

info@newsbook.com.mt

Read in English.

Dalgħodu kien hemm ħabta bejn mutur u karozza fix-Xewkija.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 58 sena min-Nadur. Hu ttieħed l-isptar.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 28 sena min-Nadur.

L-inċident seħħ għad-9.30am ħdejn ir-roundabout prinċipali tax-Xewkija.