Ritratti: Ħabta bejn karozza u kowċ; raġel l-isptar

Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn karozza u coach fin-Naxxar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fit-8am fi Triq San Pawl.

Il-karozza kienet misjuqa mir-raġel li ttieħed l-isptar, li għandu 32 sena u residenti n-Naxxar stess. Hu ġarrab ġrieħi ħfief.

Ix-xufier tal-coach għandu 60 sena mir-Rabat. Hu ma sofra l-ebda ġrieħi.