Ritratti: Ħabta bejn 3 karozzi fil-Mosta; traffiku kbir

Leon Xuereb

Inġema’ traffiku kbir fi triq ewlenija fil-Mosta peress li ħabtu 3 karozzi. Jidher li ma weġġa’ ħadd.

Il-pulizija kkonfermaw li dan ġara fis-2pm fi Triq Valletta, fid-direzzjoni lejn l-Iklin. Il-pulizija qegħdin fuq il-post.

B’kawża ta’ dan l-inċident, ingħalqet karreġġjata u b’hekk, inġema’ traffiku kbir fl-akkwati.