Ritratti: Ħabta bejn 3 karozzi fi Triq l-Imġarr; persuna l-isptar

Ritratt: info@newsbook.com.mt

Persuna ttieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li kienet involuta f’ħabta bejn tliet karozzi fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija. Din il-persuna, li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa kienet qed issuq waħda mill-vetturi li mal-ħabta nqalbet.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm.

Iż-żewġ vetturi l-oħra kienu misjuqa minn raġel ta’ 39 sena minn Għajnsielem u raġel ta’ 53 sena mix-Xewkija.

Ritratt: info@newsbook.com.mt
Ritratt: info@newsbook.com.mt
Ritratt: info@newsbook.com.mt