Ritratti: Ħ’Attard jilqa’ l-vara titulari wara r-restawr

Ir-residenti ta’ Ħ’Attard laqgħu mill-ġdid il-vara titulari tagħhom ta’ Santa Marija.
Dan hekk kif il-vara kienet ittieħdet għar-restawr f'Jannar li għadda.
Il-vara li nħadmet fl-1874 ma kellhiex ħsarat kbar. Fil-fat l-aktar ħsara li kellha kien minħabba l-ħmieġ ta’ matul is-snin u titjir tax-xemgħat.
Il-parroċċani laqgħu l-vara wara l-quddies tad-9am b’manifestazzjoni mill-Knisja Parrokkjali. Hija daħlet fil-Knisja merfugħa mir-residenti fil-11.30am u wara saret Quddiesa ta’ ringrazzjament.
Għal din iċ-ċelebrazzoni l-parroċċani ħejjew flok biex jibqa’ tifkira u logo maħdmu minn Alan Xerri.