Ritratti: Gym ġdid fil-beraħ f’Ħal Kirkop

DOI: Kevin Abela

F’Ħal Kirkop ġie inawgurat gym ġdid fil-beraħ mill-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat. Skont sqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-Prim Ministru, ix-xogħol sar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop b’kollaborazzjoni ma’ intrapriża privata. Il-gym infetaħ fi Triq Taż-Żebbiegħ propju ħdejn il-grawnd tal-football ta’ Ħal Kirkop stess.

Is-Sindku tal-Lokal, Terence Agius qal li l-proġett sewa €25,000 bil-għan li jippromovi aktar l-isport fil-komunità u jgħin fil-ġlieda kontra l-obeżità.