Ritratti: Ġurnata impenjattiva għall-Familja Rjali

Illum kienet ġurnata impenjata għall-Familja Rjali. L-erba’ membri flimkien, dalgħodu attendew għaċ-ċerimonja li fetħet uffiċjalment il-laqgħa taċ-CHOGM.
Wara, id-Duka ta’ Edinburgh attenda għal servizz ta’ radd il-ħajr u għal-laqgħa tal-eksmembri tad-Duke of Edinburgh’s Royal Regiment. Wara huwa ltlaqa’ wkoll ma’ The Friends of the Cathedral, li tagħha huwa patrun. Wara, huwa żar il-Casino Maltese biex jattenda għall-ikla tad-Duke of Edinburgh International Awards.
Fl-istess ħin, fost impenji oħra, id-Dukessa ta’ Cornwall, żaret l-iskola Primarja San Tumas More fiż-Żejtun biex tara l-programm ta’ litteriżmu Read with Me. Hija qasmet ukoll kotba għat-tfal tal-iskola.
Il-Prinċep ta’ Wales żar il-Mużew Marittimu fil-Birgu biex jara wirja tal-finalisti ta’ Out of the Blue: The Prince of Wales’s Commonwealth Environmental Photography Awards.
Filgħaxija, l-erba’ membri tal-Famila Rjali reġgħu ltaqgħu għall-ikla tradizzjonali taċ-CHOGM, fil-lukanda Corinthia, f’Ħ’Attard

Ritratti: DOI