Ritratti: “Ġurnalista ppersegwitata u maqtula; Fejnhom ir-riżenji?”

“Ġurnalista ppersegwitata u maqtula”; “Saltna tad-delinkwenti”; “Cosa Nostra”; “Irridu ġustizzja sħiħa”; “Fejnhom ir-riżenji?”; “Liġi għall-Allat – Liġi għall-Annimali”; “Ġurnalista maqtula f’ambjent ta’ impunità”.
Dawn l-għajtiet qed ikomplu jidwu fit-toroq Maltin wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ħames xhur ilu.
Matul il-lejl li għadda grupp ġdid ta’ attivisti bl-isem #reżistenza tellgħu kartelluni b’dawn il-messaġġi fit-triq li minn Burmarrad twassal għall-Bidnija u fit-triq li twassal għall-Kastilja fil-Belt Valletta.
Intant, illum fit-3pm, id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina sellem il-memorja tal-ġurnalista b’filmat ta’ nofsiegħa live fuq Facebook, bil-kliem “Għadna nistennew li ssir ġustizzja”.
It-3pm kien il-ħin meta Caruana Galizia kienet għadha kif telqet mid-dar bil-karozza u seħħet l-isplużjoni li qatlitha.