Ritratti: Gloria se tammetti?

Episode 62

Fl-episodju tal-lum it-Tlieta mis-sitt u l-aħħar staġn ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw li issa li Sarah qalet lil Gloria dak kollu li kienet saret taf dwar il-ġenituri tagħha, din se tammetti jew le?

Il-Minċott jitlob pjaċir lil Luca. X’inhu dan il-pjaċir u se jaqdieh jew le?

Gloria ċċempel lil Lina biex tgħidilha li Sarah u Olivia kienu saru jafu x’ġara meta kienu għadhom trabi. X’se tweġibha?

Xi ħadd iċempel lil Sandra. Għaliex se jirrispondi Adam u x’se jgħidulu?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.