Ritratti: Ġlied u nirien f’kamp ta’ migranti jħalli mijiet bla saqaf

Ġlied f’kamp ta’ migranti fit-Tramuntana ta’ Franza kien il-kawża ta’ nirien li ħakmu lill-kampa aktar tard, u qerdu bosta djar, minbarra sitt persuni li sofrew ġrieħi minħabba l-ġlieda.
Il-membri tat-tifi tan-nar u l-awtoritajiet qalu li tard waranofsinhar ilbieraħ, inqalgħet ġlieda bis-skieken. Minħabba f’hekk, kellhom jintervjenu l-Pulizija, u l-ġlied kompla ħrax hekk kif sabu ma’ wiċċhom minn 100 sa 150 migrant.
Aktard tard bil-lejl, jidher li l-battibekki baqgħu sejrin, hekk kif irriżultaw nirien li qerdu partijiet mill-kamp.
Skont gruppi umanitarji, sa 1,500 migrant inqerditilhom l-unika rokna li kellhom biex jistkennu mill-elementi. Il-partijiet tal-kamp affettwati kienu joqogħdu fihom l-aktar persuni Kurdi.
Sadanittant, 650 persuna diġà ttieħdu post ieħor bi griebeġ magħmula apposta dak il-ħin.