Ritratti: ‘Gimli’ ta’ Lord of the Rings f’The Palace Hotel

L-attur Brittaniku famuż, John Rhys-Davies, intlaqa’ f’The Palace, Tas-Sliema hekk kif bħalissa jinsab fuq btala Malta.
Jibqa’ famuż għall-parti tiegħu bħala Gimli fil-film Lord of the Rings, kif ukoll bħala Sallah, il-ħaffier Għarbi fil-films ta’ Indiana Jones.
L-attur ta’ 72 sena kellu kliem ta’ tifħir għall-akkomodazzjoni offruta mil-lukanda lussuża ta’ 5 stilel.
Huwa qal li għamlitlu ż-żjara tiegħu f’Malta waħda sabiħa, u jerġa’ jiġi kif ġie drabi oħra.
Din mhijiex l-ewwel darba li personalitajiet dinjija jagħżlu li jmorry f’ The Palace Hotel.