Ritratti: Għawdex blu…

F’dawn il-jiem diversi postijiet u monumenti madwar Għawdex qed jinxtegħlu b’dawl kaħlani, biex jitfakkar il-Jum Dinji tad-Dijabete.
Minbarra l-bini tal-Ministeru għal Għawdex u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, inxtegħlu wkoll diversi monumenti u skulturi madwar Għawdex. Fost dawn insibu l-ġurat li jinsab fir-roundabout ta’ ħdejn il-ħeliport, li wkoll sar ta’ lewn kaħlani.
Fl-iskejjel kollha tal-Kulleġġ ta’ Għawdex, it-tfal tajru bżieżaq blu.
Barra minn hekk, għall-ħames sena konsekuttiva, professjonisti mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed itellgħu diversi attivitajiet, sabiex titqajjem aktar kuxjenza dwar din il-kundizzjoni, filwaqt li joffru s-sapport tagħhom lid-dijabetiċi.
Madwar wieħed minn kull għaxar Maltin ibati minn din il-kundizzjoni u l-inċidenza tagħha qegħda dejjem tiżdied.  
Ritratti: MGOZ – George Scerri