Ritratti: Għall-bidu taħseb li hi koppja ferħana sakemm…

Fin-Norveġja bħalissa qed idur fl-idejn ritratt ta’ mara u raġel lebsin il-ħwejjeġ tat-tieġ.  Għall-bidu taħsibhom li huma ferħana li se jiżżewġu. 
Dan sakemm iddawwar ir-ritratt u tara x’inhi l-verità: ir-raġel qed iżomm bis-saħħa u bil-moħbi idejn martu, li hi mimlija tbenġil minħabba każi ripetuti ta’ vjolenza domestika. 
Din hi l-kampanja l-ġdida ta’ għarfien dwar il-vjolenza domestika fuq in-nisa Norveġiżi hekk kif kull sena, aktar minn miljun mara tgħaddi minn xi forma ta’ vjolenza.

Għall-għajnuna dwar vjolenza domestika f'Malta, tista' ċċempel fuq in-numru 179.