Ritratti: Għalfejn Norman se jżur lil Leo fil-ħabs?

Fl-episodju tal-lum tas-sensiela Sorelle se naraw lil Maxine tmur tfittex lil Samantha fejn Vince kien qalilha li ttraċċaw it-telefonata. Hemmhekk lil min se tkellem u x’se jkunu qed jgħidulha. Tgħid se ssir taf xi ħaġa?

Norman imur il-ħabs biex ikellem lil Leo. X’ġara? Wara li jitlaq, Leo iċempel lil Frederick. Għalfejn se jkun irrabjat?

Se nindunaw li Mirelle kienet qed tissemma’ minn wara l-bieb. X’se tavżaha Bella meta ċċemplilha?

Sorelle jixxandar fuq TVM fi-3pm u għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.