Ritratti: Għal Orly bl-Air Malta?

L-Air Malta mexxiet l-operat tagħha għas-Sala tat-Tluq Numru 1 tal-Ajruport Orly ta’ Pariġi.

Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li s-Sala se toffri lill-passiġġieri tal-Air Malta atmosfera aħjar u aktar kumditajiet, inklużi diversi ħwienet u ristoranti.

Barra minn hekk, il-klijenti tal-klassi tal-Business u dawk kollha li għandhom id-Diamond Card tal-Air Malta se jkollhom aċċess ukoll għas-sala tal-VIPs, jiġifieri l-‘Premium Traveller Lounge’.

It-tibdil tas-sala se jagħti lill-passiġġieri tal-Air Malta wkoll il-faċilità li jużaw il-pont biex jirkbu jew jinżlu mill-ajruplan.