Aġġornata bil-filmat: Għal lejla waħda Malta f’idejn Joseph Calleja

Għal lejla waħda Malta kienet f'idejn Joseph Calleja, hekk kif ilbieraħ filgħaxija l-poplu Malti u Għawdxi attenda bi ħġaru għall-kunċert fuq il-Fosos tal-Furjana.

L-eluf preżenti li ppakkjaw il-fosos, kellhom l-opportunità li jgawdu minn atmosfera impekkabbli permezz ta’ spettaklu tal-ogħla livell, fejn il-mużika klassika ngħaqdet ma’ ħafna elementi tal-mużika pop.

Mat-tenur Malti kantaw ukoll il-kantanti Taljani Zucchero u Riccardo Cocciante, il-kantanta Ingliża Rebecca Ferguson, it-tabib kantant Malti Gianluca Bezzina, Tenishia u kor ta’ 200 tifel u tifla.

 

Ritratti: Josianne Camilleri/Melvin Degiorgio