Ritratti: Generator taħt l-art f’Tas-Sliema jieħu n-nar

Fire Sliema

Generator ġo basement f’Tas-Sliema ħa n-nar, iżda ħadd ma ndarab.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara għall-ħabta tal-5.15pm qrib l-istabbiliment The Point.

L-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post biex jitfu n-nirien. Ħadd ma weġġa’.

Intant, kien hemm splużjoni b’ċilindru tal-gass f’Ħal Qormi fil-5pm. Dan ġara fi Triq in-Naħa, iżda f’dan l-inċident ma weġġa’ ħadd u kien hemm biss xi ħsarat żgħar.