Ritratti: Gawdenz jiċċelebra 25 sena miżżewweġ

Fabian u Ivan: 25 sena miżżewġa

L-4 ta’ Diċembru kien jum speċjali għall-attur Fabian Scerri De Carla u martu Ivana. Huma ċċelebraw 25 sena miżżewġa.

Fabian u Ivana, 25 sena ilu

Il-koppja għandhom żewġt ulied, Kelly u Kylie.

Fabian u Ivana ma’ wliedhom Kyle u Kelly

De Carlo ħadem f’għadd kbir ta’ produzzjonijiet televiżivi u teatrali u bla dubju li l-aktar karattru li jibqa’ assoċjat miegħu hemm dak tal-Avukat Gawdenz Bilocca.

Fabian Scerri De Carlo bħala l-Avukat Gawdenz Bilocca

Ma nistgħux ma nsemmux ukoll bosta produzzjonijiet oħra li hu ħadem fihom fosthom ir-remake tas-sensiela F’Baħar Wieħed, u l-erba’ staġuni tas-sensiela F’Salib It-Toroq, kif ukoll Ħbieb u Għedewwa, Kristu tal-Kerrejja u anki Vittmi, li kien l-aħħar xogħol televiżiv li kiteb Lino Grech.

Fabian u Ivana, 25 sena ilu

Awguri lill-koppja De Carlo għal aktar snin ta’ mħabba u għaqda.