​Ritratti: Garaxxijiet mgħarrqa bix-xita f’Ħal Balzan

Bix-xita kontinwa li niżlet matul il-lejl u fl-aħħar ħinijiet, il-lokalità ta’ Ħal Balzan kienet waħda mill-agħar milquta hekk kif fit-toroq inġemgħu kwantitajiet kbar ta’ ilma.
Xi sidien ta’ garaxxijiet fi Triq Buontempo Estate fil-wied ta’ Ħal Balzan, dalgħodu kellhom iċemplu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-għajnuna.
Sadanittant, fi stqarrija l-Korpi ta' Salvataġġ tas-St.John qalu li għadd ta' ħaddiema tagħhom intalbu biex jassistu lil tal-Protezzjoni Ċivili.
"Sa nofsinhar kienu diġà ħarġu tliet trakkijiet tat-tifi tan-nar bi tliet ekwipaġġi ta' voluntiera u hemm oħrajn qegħdin jistennew sabiex jigu msejħa għal postijiet oħra", qalu s-St.John.
Ibgħatilna r-ritratti tal-maltemp fuq info@newsbook.com.mt
Ritratti: Facebook