Ritratti: Franza ssellem lill-vittmi tal-attakki terroristiċi f’Pariġi

Franza llum qed issellem il-memorja tal-130 ruħ li nqatlu fl-attakki terroristiċi ta’ ġimagħtejn ilu, b’ċerimonja sobrija u sinifikattiva f’Les Invalides, f’Pariġi.
It-tifkira qed titmexxa mill-President Francois Hollande.
Ħafna madwar Franza, speċjalment f’Pariġi, laqgħu l-istedina tal-President, li f’dan il-jum jesponu l-bandiera Franċiża b’sinjal ta’ rispett, u fuq l-internet inxterdu ħafna ritratti f’dan is-sens.