Ritratti: Frankie x’reazzjoni se jkollu għal dak li Martha tgħidlu?

Qed noqorbu lejn it-tmiem tas-sitt u l-aħħar staġun ta’ Ħbieb u Għedewwa hekk kif fl-episodju tal-lum naraw x’ġara xħin Manwel wasal fl-uffiċċju ta’ Etienne. X’qallu dwar Martha u ommha? U Frankie x’reazzjoni kellu meta Martha svelat il-veru paternitá ta’ Nadia u Frankie?

Etienne jiftaħ qalbu ma’ Martha. x’saret taf fuq ommha u fuqu?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Ir-repetizzjoni ta’ dan l-episodju tixxandar għada fl-10.15am. L-aħħar żewġ puntati se jixxandru għada l-Ħamis u pitgħada l-Ġimgħa.