Ritratti: Francesca u Totò se jerġgħu jidhru

Mark Mifsud u Evelyn Saliba La Rosa se jkunu qed jirritornaw fis-sensiela F'Ġieħ L-Imħabba. Ritratt: Ivan Borg

Bosta huma s-segwaċi tas-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba li ilhom jistaqsu biex ikunu jafu x’ġara mill-karattri ta’ Totò (Mark Mifsud) u Francesca (Evelyn Saliba La Rosa). Wara t-tielet puntata ta’ dan l-ewwel staġun dawn il-karattri ma dehrux aktar peress li l-istorja mxiet ‘il quddiem.

Issa però fil-ġimgħat li ġejjin se nerġgħu nmorru lura fl-imgħoddi biex niskopru x’kien ġara eżatt.

Ritratt: Facebook/AdrianSaliba

“L-istorja ta’ F’Ġieħ L-Imħabba mill-bidunett kienet ippjanata b’dan il-mod minħabba li hemm konnessjoni kbira bejn dak li ġara fil-passat għaċ-ċirkostanzi li qed iseħħu fl-istorja preżenti,” qalilna wieħed mill-awturi tas-sensiela Dr Michael Vella Haber.

Il-ġbid ta’ dawn ix-xeni tlestew ilbieraħ u jidher li se jkunu emozzjonanti ħafna.

Ritratt: Facebook/Adrian Saliba

“Huwa permezz ta’ dan ix-xeni li issa t-telesepttaturi se jkunu jafu x’kien wassal biex tibda’ din il-ġlieda bejn il-familja Cuppola u dik ta’ Garsena,” ikkummentatilna Evelyn Saliba La Rosa.

Ritratt: Facebook/Adrian Saliba

Permezz ta’ dawn ix-xeni se nsiru nafu wkoll x’kien ġara min Francesca, kif ukoll jekk kienitx mietet jew baqgħat ħajja.

Parti mill-crew li ħadem minn wara ‘l kwinti fuq ix-xeni ta’ Francesca u Totò: Adrian Saliba, Chris Bajada, Owen Buhagiar u Terenece Lofreda. Ritratt: Facebook/AdrianSaliba

F’Ġieħ L-Imħabba tkompli tixxandar fuq TVM nhar ta’ Tnejn fid-8.50pm. Għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.