Ritratti: Francesca tirbaħ aktar titli

Francesca Rausi

Iċ-ċkejkna Francesca Rausi lbieraħ rebħet aktar titli meta pparteċipat fil-kompetizzjoni Winter Elegance organizzata minn Gaffiero Productions, li ttellgħet f’Montecristo. Hija rebħet l-unur ta’ Best Photogenic kif ukoll rebħet it-tieni post fil-kategorija ta’ tfal sa ħames snin.

B’hekk dawn l-unuri jiżdiedu mal-lista dejjem tikber ta’ unuri li ċ-ċkejkna Francesca diġà qegħda tirbaħ. It-tifla kienet ġibdet ukoll l-attenzjoni tal-media internazzjonali permezz ta’ Metro UK u s-sit ta’ People Magazine.

Francesca, li issa qed titħarreġ aktar fil-qasam tal-modeling minn Sue Rossi, immuddellat b’libsa ta’ Ernest Camilleri.